SUPERLATTIV ASSOLUT
Spjegazzjoni u eżempji
SUPERLATTIV ASSOLUT
• Is-Superlattiv Assolut nużawh meta nkunu rridu ngħidu li xi ħaġa
hija ċertu mod b’mod eżaġerat. Per eżempju, jekk inkunu rridu
ngħidu li xi ħadd huwa rqiq ħafna ħafna, nistgħu ngħidu “irqiq
aringa”
• Eżempju ieħor: jekk xi ħaġa tkun morra ħafna ħafna, ngħidu “morr
velenu”
• Fil-paġni li jmiss se taraw aktar eżempji tas-superlattiv assolut
• Studjawhom u użawhom fil-kitba tagħkom meta jkollhom il-
komponimenti u kitbiet oħra
ABJAD SILĠ/ABJAD KARTI
AĦDAR ĦAXIX
AĦMAR NAR
DEJJAQ BUT
DLAM ĊAPPA
DRITT XEMGĦA
ĠDID FJAMANT
GĦAJJIEN MEJJET
GĦALI NFERN
GĦARQAN XRABA
ĦAFIF RIXA
ĦELU MANNA
IKRAH DAGĦWA
IMXARRAB GĦASRA
ISFAR LELLUX
ISWED TUTA/ISWED FAĦMA
IEBES ĠEBEL
JAĦRAQ NAR
KIESAĦ SILĠ
MARID MEJJET
MGĦAWWEĠ GANĊ
MIFTUĦ BERAĦ/MIFTUĦ KTIEB
NADIF TAZZA/NADIF XUMMIEMA
QARES LUMIJA
TQIL ĊOMB
XIĦ GĦAKKA
Superlattiv assolut

Superlattiv assolut