1 ta' Diċembru 2025
1 ta' Diċembru 2025
Darbtejn fis-sena noħorġu dar-rapport tat-trasparenza biex nagħtu ħarsa lejn il-ħidma tas-sigurtà ta' Snap. Bħala parti mill-impenn tagħna lejn is-sigurtà u t-trasparenza, naħdmu qatigħ biex nagħmlu dar-rapporti iktar dettaljati u b'iktar tagħrif għall-ħafna nies interessati li jixtiequ jkunu jafu iktar dwar l-għarbiel tal-kontenut, dwar kif naħdmu mal-forzi tal-ordni u dwar is-sigurtà u l-benesseri tal-komunità ta' Snapchat.
Dar-Rapport tat-Trasparenza jitħaddet dwar l-ewwel nofs tas-sena 2025 (l-1 ta' Jannar - 30 ta' Ġunju). Aħna naqsmu d-dejta dinjija dwar ir-rapporti li jressqu l-utenti u dwar is-sejbien minn rajna bħala Snap; dwar it-tneħħijiet mit-timijiet tas-Sigurtà tagħna kategorija b'kategorija skont il-ksur tar-Regoli tal-Komunità; dwar kif weġibna għat-talbiet li daħlulna mingħand il-forzi tal-ordni u l-gvernijiet u x'għamilna dwar it-tagħrif dwar il-ksur tal-jeddijiet tal-awtur u l-marki kummerċjali. Nagħtu wkoll ħarsa pajjiż b'pajjiż f'sensiela ta' paġna marbuta mar-rapport.
Għal iktar riżorsi dwar is-sigurtà u l-privatezza fuq Snapchat, iftaħ it-tab Dwar ir-Rapporti tat-Trasparenza li ssib f'qiegħ il-paġna.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li l-iġded verżjoni ta' dar-Rapport tat-Trasparenza hija l-verżjoni bl-ilsien Ingliż.
Ħarsa lejn l-Għemejjel tat-Timijiet tal-Fiduċja u Sigurtà tagħna biex iħarsu r-Regoli tal-Komunità
Kif infissru iktar tard f'dar-rapport, it-timijiet tas-Sigurtà jwettqu r-Regoli tal-Komunità tagħna kemm minn rajhom (grazzi għal għodda għas-sejbien awtomatiku) u wara li jidħlu r-rapporti. Fil-firxa taż-żmien ta' dar-rapport (l-ewwel nofs tas-sena 2025), it-timijiet tas-Sigurtà tagħna wettqu dal-għadd ta' twettiq:
Kontijiet u Kontenut Imneħħija
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Milquta
9,674,414
5,794,201
Hawn taħt qed nagħtu rendikont ta' kull xorta ta' ksur marbut mar-Regoli tal-Komunità, fosthom iż-żmien medjan li għadda bejn il-ħin li sibna l-ksur tar-regoli (jew minn rajna jew wara li daħlilna rapport) u l-ħin li meta wettaqna l-aħħar għemil marbut ma' dak il-kontenut jew ma' dak il-kont:
Raġuni tal-Politika
Kontijiet u Kontenut Imneħħija
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Milquta
Ħin Medjan (minuti) mis-Sejbien sal-Aħħar Għemil
Kontenut Sesswali
5,461,419
3,233,077
1
Sfruttament u Abbuż Sesswali fuq it-Tfal
1,095,424
733,106
5
Fastidju u Bullying
713,448
594,302
3
Theddid u Vjolenza
187,653
146,564
3
Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju
47,643
41,216
5
Informazzjoni Falza
2,088
2,004
1
Għemil tabirruħ ħaddieħor
7,138
6,881
<1
Spam
267,299
189,344
1
Drogi
1,095,765
726,251
7
Armi
251,243
173,381
1
Ħwejjeġ oħra li jeħtieġu liċenzja
183,236
126,952
4
Kliem ta' Mibegħda
343,051
284,817
6
Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti
10,970
6,783
2
Id-dejta bl-Għadd ta' Kontenut Imneħħi tiġbor fiha t-tneħħija tal-kontenut imwettqa minn Snap wara li tkun għarblet ir-rapporti mressqa mill-app ta' Snapchat. Dawn huma l-biċċa l-kbira tat-tneħħijiet li t-timijiet tas-Sigurtà ta' Snap iwettqu. Dal-għadd ma jiġborx fih il-biċċa l-kbira tat-tneħħijiet marbuta mal-istħarriġ imsejjes fuq ir-rapporti mressqa lil Snap mis-Sit tal-Għajnuna tagħna jew minn metodi oħra (ngħidu aħna bl-email) jew minħabba xi stħarriġ li t-timijiet tas-Sigurtà tagħna jkunu qed iwettqu minn rajhom. Dat-tneħħijiet li ħallejna barra huma inqas minn 0.5% tat-tneħħijiet li wettaqna fl-ewwel nofs tas-sena 2025.
Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport, kellna Rata tal-Kontenut li Jikser ir-Regoli Muri (VVR) ta' 0.01 fil-milja li tfisser li minn kull 10,000 Snap u Storja miftuħa fuq Snapchat, waħda minnhom kellha kontenut li nstab li kien jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna. Fost it-tneħħija tal-kontenut li qisna li kien marbut ma' “Ħsarat Serji”, rajna VVR ta' 0.0003 fil-mija. Fit-tabella t'hawn taħt qed nagħtu rendikont tal-VVR bir-raġuni tal-politika.
Raġuni tal-Politika
VVR
Kontenut Sesswali
0.00482%
Sfruttament u Abbuż Sesswali fuq it-Tfal
0.00096%
Fastidju u Bullying
0.00099%
Theddid u Vjolenza
0.00176%
Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju
0.00009%
Informazzjoni Falza
0.00002%
Għemil tabirruħ ħaddieħor
0.00009%
Spam
0.00060%
Drogi
0.00047%
Armi
0.00083%
Ħwejjeġ oħra li jeħtieġu liċenzja
0.00104%
Kliem ta' Mibegħda
0.00025%
Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti
0.00002%
Ksur tar-Regoli tal-Komunità Rrappurtati lit-Timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà Tagħna
Bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju 2025, wara li daħlu 19,766,324 rapport mill-app dwar il-ksur tar-Regoli tal-Komunità tagħna, it-timijiet tas-Sigurtà ta' Snap wettqu l-politiki tagħna 6,278,446 darba madwar id-dinja kollha, fosthom 4,104,624 minnhom kontra kontijiet uniċi. Il-volum tar-rapporti li ġej mill-app ma jiġborx fih ir-rapporti li daħlu mis-sit tal-għajnuna u mill-emails, li huma inqas minn 1% tar-rapporti kollha li daħlulna. Il-ħin medjan biex it-timijiet tas-Sigurtà tagħna jwettqu l-għemil ix-xieraq għal dawk ir-rapporti kien ta' madwar 2 minuti. Hawn taħt qed nagħtu rendikont, politika b'politika, tal-ksur. (Żomm f'moħħok: Fir-rapporti ta' qabel, kultant konna nsejħu dil-ħaġa "kategorija tar-rapporti". Minn issa 'l quddiem se nkunu qed nużaw "raġuni tal-politika" għax nemmnu li hija iktar preċiża għal dix-xorta ta' dejta – it-timijiet tas-Sigurtà tagħna jwettqu l-għemil ix-xieraq skont ir-raġuni tal-politika x-xierqa, tkun xi tkun il-kategorija tar-rapport li jkun għażel dak li ressaq ir-rapport.)
Għadd ta' Rapporti dwar il-Kontenut u l-Kontijiet
Kontijiet u Kontenut Imneħħija
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Milquta
B'kollox
19,766,324
6,278,446
4,104,624
Raġuni tal-Politika
Għadd ta' Rapporti dwar il-Kontenut u l-Kontijiet
Kontijiet u Kontenut Imneħħija
Perċentwali tal-Għadd tar-Rapporti fejn Snap Wettqet Għemil
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Milquta
Ħin Medjan (minuti) mis-Sejbien sal-Aħħar Għemil
Kontenut Sesswali
7,315,730
3,778,370
60.2%
2,463,464
1
Sfruttament u Abbuż Sesswali fuq it-Tfal
1,627,097
695,679
11.1%
577,736
10
Fastidju u Bullying
4,103,797
700,731
11.2%
584,762
3
Theddid u Vjolenza
997,346
147,162
2.3%
120,397
2
Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju
350,775
41,150
0.7%
36,657
3
Informazzjoni Falza
606,979
2,027
0.0%
1,960
1
Għemil tabirruħ ħaddieħor
745,874
7,086
0.1%
6,837
<1
Spam
1,709,559
122,499
2.0%
94,837
1
Drogi
481,830
262,962
4.2%
176,799
5
Armi
271,586
39,366
0.6%
32,316
1
Ħwejjeġ oħra li jeħtieġu liċenzja
530,449
143,098
2.3%
98,023
3
Kliem ta' Mibegħda
817,262
337,263
5.4%
280,682
6
Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti
208,040
1,053
0.0%
912
2
Fl-ewwel nofs tas-sena 2025 komplejna nnaqsu l-ħin medjan għat-twettiq tal-għemil għall-kategoriji tal-politiki kollha u naqqasna dak il-ħin b'medja ta' iktar minn 75% meta mqabbel mal-firxa taż-żmien tar-rapport ta' qabel. DatDDat-tnaqqis ġej l-iktar minħabba s-sarbit tar-rapporti skont il-prijorità, sarbit imsejjes fuq is-serjetà tal-ħsara u fuq għarbiel awtomatiku.
Għal dal-firxa tar-rapport, għamilna wkoll xi bidliet apposta fil-proċessi tas-sigurtà tagħna u dan wassal għal bidla fid-dejta li nirrappurtaw hawn, fosthom it-tisħiħ tal-politiki tagħna kontra l-għemil kontra l-liġi marbut mal-armi. Innutajna żieda fir-rapporti u t-tħassir tal-kontenut u l-kontijiet marbut mal-kategorija tal-Isfruttament Sesswali fuq it-Tfal, l-iktar b'rabta ma' żieda fil-kontenut sensittiv jew senswalizzat marbut mat-tfal taħt l-età, li għalkemm jikser il-politiki tagħna, ma jiksirx il-liġi tal-Istati Uniti tal-Amerka u m'għandnix id-dmir li nirrappurtawh lin-National Center for Missing and Exploited Children (NCMEC) tal-Istati Uniti tal-Amerka. Diż-żieda fl-għadd ta' Kontenut Sesswali (u t-tnaqqis fil-kontenut marbut mal-Fastidji) ġejja l-iktar minħabba li bdejna nqisu l-Fastidji Sesswali bħala Kontenut Sesswali u mhux Fastidji.
Il-Ħidma biex Insibu u Nwettqu r-Regoli tal-Komunità Tagħna minn Rajna
Nużaw l-għodda awtomatiċi biex insibu minn rajna, u f'xi każijiet, inwettqu r-Regoli tal-Komunità tagħna kontra l-ksur. Fost dawn l-għodda hemm it-teknoloġija tat-tqabbil tal-ħexxijiet (fosthom PhotoDNA u Child Sexual Abuse Imagery ta' Google (CSAI)), l-API Content Safety ta' Google u teknoloġija oħra mibnija minna biex issib kitbiet u midja kontra l-liġi jew li jiksru r-regoli tagħna billi kultant tuża l-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim tal-magni. L-għadd ta' kontenut misjub minn rajna jvarja minħabba l-bidliet fl-imġibiet tal-utenti, it-titjib fil-ħiliet tas-sejbien tagħna u l-bidliet fil-politiki tagħna.
Fl-ewwel nofs tas-sena 2025 wettaqna dal-għemil li ġej wara li minn rajna, bl-għodda tas-sejbien awtomatiċi, sibna l-ksur tar-Regoli tal-Komunità:
Kontijiet u Kontenut Imneħħija
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Milquta
B'kollox
3,395,968
1,709,224
Raġuni tal-Politika
Kontijiet u Kontenut Imneħħija
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Milquta
Ħin Medjan (minuti) mis-Sejbien sal-Aħħar Għemil
Kontenut Sesswali
1,683,045
887,059
0
Sfruttament u Abbuż Sesswali fuq it-Tfal
399,756
162,017
2
Fastidju u Bullying
12,716
10,412
8
Theddid u Vjolenza
40,489
27,662
6
Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju
6,493
4,638
7
Informazzjoni Falza
61
44
20
Għemil tabirruħ ħaddieħor
52
44
34
Spam
144,800
96,500
0
Drogi
832,803
578,738
7
Armi
211,877
144,455
0
Ħwejjeġ oħra li jeħtieġu liċenzja
40,139
31,408
8
Kliem ta' Mibegħda
5,788
4,518
6
Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti
9,917
5,899
5
Niġġieldu l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal
L-isfruttament sesswali ta' kwalunkwe membru tal-komunità tagħna, l-iktar ta' xi ħadd taħt l-età, huwa illegali, mistmerr u kontra l-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Ir-prevenzjoni, is-sejbiet u l-qerda ta' Child Sexual Exploitation and Abuse (CSEA) fuq il-pjattaforma tagħna hija prijorità ewlenija għal Snap u kontinwament intejbu l-ħiliet tagħna biex niġġieldu kontra dawn ir-reati u reati oħra.
Aħna nużaw għodod ta' skoperta ta' teknoloġija attiva biex ngħinu nidentifikaw kontenut relatat mas-CSEA. Dawn l-għodod jinkludu għodod ta' tqabbil tal-hash (inlużi PhotoDNA u s-CSAI Match ta' Google, biex jidentifikaw immaġni u vidjows illegali magħrufa tas-CSEA, rispettivament) u l-Google Content Safety API (biex jidentifikaw immaġni illegali ġdida, "qatt ma ġiet hashjata qabel"). Barra minn hekk, f'xi każijiet, nużaw sinjali ta' mġiba biex ninforzaw kontra attività oħra suspettata tas-CSEA. Nirrapportaw kontenut relatat mas-CSEA lin-National Center for Missing and Exploited Children (NCMEC) tal-Istati Uniti, kif meħtieġ mil-liġi. L-NCMEC imbagħad jikkoordina mal-infurzar tal-liġi domestiku jew internazzjonali, kif meħtieġ.
Fl-ewwel nofs tas-sena 2025 wettaqna dal-għemil li ġej meta sibna kontenut li juri l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal fuq Snapchat (jew minn rajna jew wara li daħlilna rapport):
Għadd Totali ta' Kontenut Imneħħi
Għadd Totali ta' Kontijiet Diżattivati
Għadd ta' Rapporti Mressqa lin-NCMEC*
994,337
187,387
321,587
*Innota li kull sottomissjoni lill-NCMEC jista' jkun fiha bosta biċċiet ta' kontenut. It-total tal-biċċiet individwali tal-midja sottomessi lill-NCMEC huwa ugwali għall-kontenut totali tagħna infurzat.
Il-Ħidma Tagħna biex Nagħtu r-Riżorsi u l-Għajnuna lil-iSnapchatters fil-Bżonn
Snapchat tagħti s-setgħa lill-ħbieb biex jgħinu lil xulxin fi żminijiet iebsin billi tagħti r-riżorsi u l-għajnuna lill-iSnapchatters fil-bżonn.
L-għodda tat-tiftix tagħna Hawn Għalik tagħti r-riżorsi miġbura mill-esperti meta l-utenti jfittxu ċerti suġġetti marbuta mas-saħħa tal-moħħ, mat-tensjoni, mad-dieqa, mal-istress, mas-suwiċidju, man-niket u mal-bullying. Ħloqna wkoll paġna maħsuba biex niġġieldu r-rikatti sesswali marbuta mal-flus u riskji u ħsarat sesswali oħra biex ngħinu lil dawk li jinsabu mikduda.
Meta t-timijiet tas-Sigurtà tagħna jsibu li xi Snapchatter jinsab mikdud, għandhom dak li meħtieġ biex jaqsmu r-riżorsi kontra l-ħsara lilek innifsek u biex jgħinu lill-iSnapchatter u biex, skont il-każ, jgħarrfu lis-servizzi tal-emerġenza. Ir-riżorsi li naqsmu huma pubbliċi u jinsabu fil-lista ġenerali tar-riżorsi tas-sigurtà li kull Snapchatter jista' jsib miċ-Ċentru tal-Privatezza, tas-Sigurtà u tal-Politiki.
Drabi li Qsamna l-Materjal kontra s-Suwiċidju
36,162
Appelli
Hawn taħt nagħtu t-tagħrif dwar l-appelli li daħlulna fl-ewwel nofs tas-sena 2025 mill-utenti li talbuna nerġgħu nqisu d-deċiżjoni tagħna li nsakkrulhom il-kont talli kisru l-Linji Gwida tal-Komunità tagħna:
Raġuni tal-Politika
Għadd ta' Appelli
Għadd Totali ta' Kontenut Imtella' mill-Ġdid
Għadd Totali ta' Deċiżjonijiet Stabbiliti
Żmien Medjan (f'jiem) biex Nipproċessaw Appelli
B'kollox
437,855
22,142
415,494
1
Kontenut Sesswali
134,358
6,175
128,035
1
Sfruttament u Abbuż Sesswali fuq it-Tfal*
89,493
4,179
85,314
<1
Fastidju u Bullying
42,779
281
42,496
1
Theddid u Vjolenza
3,987
77
3,909
1
Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju
145
2
143
1
Informazzjoni Falza
4
0
4
1
Għemil tabirruħ ħaddieħor
1,063
33
1,030
<1
Spam
13,730
3,140
10,590
1
Drogi
128,222
7,749
120,409
1
Armi
10,941
314
10,626
1
Ħwejjeġ oħra li jeħtieġu liċenzja
9,719
124
9,593
1
Kliem ta' Mibegħda
3,310
67
3,242
1
Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti
104
1
103
1
Ħarsa Ġenerali tal-Pajjiż u Reġjonali
Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet tat-timijiet tas-Sigurtà tagħna biex jinfurzaw il-Linji Gwida tal-Komunità, tagħna, kemm b'mod proattiv kif ukoll b'reazzjoni għal rapporti ta' ksur fl-app, f'kampjun ta' reġjuni ġeografiċi. il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna jgħoddu għall-kontenut kollu fuq Snapchat—u s-Snapchatters kollha—madwar id-dinja kollha; jinsabu fejn jinsabu.
Tista' tniżżel il-fajl CSV mehmuż għal iktar tagħrif dwar pajjiżi individwali, fosthom il-Pajjiżi Membri kollha tal-UE.
Reġjun
Kontijiet u Kontenut Imneħħija
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Milquta
L-Amerika ta' Fuq
3,468,315
2,046,888
L-Ewropa
2,815,474
1,810,223
Il-Bqija tad-Dinja
3,390,625
1,937,090
B'kollox
9,674,414
5,794,201
Reġjun
Rapporti dwar Kontenut u Kontijiet
Kontijiet u Kontenut Imneħħija
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Milquta
L-Amerika ta' Fuq
5,762,412
2,125,819
1,359,763
L-Ewropa
5,961,962
2,144,828
1,440,907
Il-Bqija tad-Dinja
8,041,950
2,007,799
1,316,070
B'kollox
19,766,324
6,278,446
4,116,740
Reġjun
Kontijiet u Kontenut Imneħħija
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Milquta
L-Amerika ta' Fuq
1,342,496
785,067
L-Ewropa
670,646
422,012
Il-Bqija tad-Dinja
1,382,826
696,364
B'kollox
3,395,968
1,709,224
Għarbiel tar-Riklami
Snap impenjata li tiżgura li r-reklami kollha jimxu bi sħiħ mal-politiki dwar ir-reklamar tagħna. Aħna nemmnu f'metodu responsabbli ta' reklamar, li joħloq ambjent sigur għall-iSnapchatters kollha. Ir-riklami kollha huma suġġett għal reviżjoni u approvazzjoni mingħandna. Minbarra dan, għandna l-jedd li nneħħu reklami, inkluż b'risposta għall-kummenti u ħsibijiet tal-utenti, li nieħdu bis-serjetà.
Hawn taħt qed nagħtu ħarsa lejn kif jaħdem l-għarbiel għar-reklami mħallsa li jiġu rrappurtati lilna wara li nkunu tellajniehom fuq Snapchat. Żomm f'moħħok li reklami fuq Snapchat jistgħu jitneħħew għal għadd ta' raġunijiet kif spjegat fil-Politiki dwar ir-Reklamar ta' Snap, inkluż kontenut qarrieqi, kontenut pornografiku, vjolenti jew keddej, kliem ta' mibegħda u ksur tal-propjetà intellettwali. Barra minn hekk, tista' ssib il-Biblijoteka tar-Reklami ta' Snapchat fuq values.snap.com taħt it-tab “Trasparenza”.
Għadd Totali ta' Riklami Rrapportati
Għadd Totali ta' Riklami Mneħħija
67,789
16,410

























